Id-Dipartiment (Ministeru) Irlandiż tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni (Irish Department (Ministry) of Enterprise, Trade and Innovation (DETI)) jippubblika serje ta’ libretti li jagħtu dettalji dwar id-drittijiet tiegħek bħala ħaddiem fl-Irlanda inklużi l-oqsma li ġejjin: Gwida dwar il-Liġi tax-Xogħol fl-Irlanda (Guide to Labour Law in Ireland), Tkeċċija Mhux Ġustifikata (Unfair Dismissals), Ħlas tal-Paġi (Payment of Wages), Kondizzjonijiet tax-Xogħol (Terms of Employment), Vaganzi u Festi Pubbliċi (Holidays and Public Holidays). Din l-informazzjoni tinsab fuq www.deti.ie
L-Awtorità Nazzjonali dwar id-Drittijiet tax-Xogħol (The National Employment Rights Authority) (NERA) tħeġġeġ sabiex ikun hemm konformità mal-liġijiet dwar id-drittijiet tax-xogħol u tipprovdi tagħrif dwar id-drittijiet marbuta max-xogħol. Dan iġestixxi l-Ispettorat tax-Xogħol u t-taqsimiet tad-Drittijiet tax-Xogħol (Labour Inspectorate and Employment Rights sections) tad-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni . Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok illoggja fuq http://www.employmentrights.ie/
Mill-1 ta’ Lulju, 2011 il-paga minima hija ta’ €8.65 fis-siegħa.
Ir-rata minima tal-paga tiżdied minn żmien għal żmien. Dettalji dwar ir-rati minimi kurrenti huma dejjem disponibbli mill-Uffiċċju ta’ l-Informazzjoni dwar id-Drittijiet ta’ l-Impjieg jew mill-websajt tad-Dipartiment www.deti.ie
Ċerti setturi ta' l-industrija, li jinkludu l-agrikoltura, il-catering, it-tindif b'kuntratt, il-kostruzzjoni, il-kuntratt ta' l-elettriku, il-lukandi (barra l-belt ta' Dublin, Dun Laoghaire, il-belt ta' Cork), il-ħwienet tal-merċa bl-imnut, u s-sigurtà huma koperti bi Ftehim / Ordnijiet li jorbtu legalment li jistabbilixxu rati minimi ta' ħlas, li jistgħu jkunu aktar mill-Paga Minima Nazzjonali. Dettalji u kopji ta’ dawn il-ftehimiet/Ordnijiet huma disponibbli fuq talba mill-Unità tat-Tagħrif dwar id-Drittijiet tax-Xogħol (the Employment Rights Information Unit), Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni fuq www.deti.ie
Kuntratt ta' Impjieg
L-Att ta’ l-1994 dwar it-Termini ta' l-Impjieg (Informazzjoni), teħtieġ li min iħaddem jipprovdi lill-impjegati b'dikjarazzjoni bil-miktub ta' ċerti dettalji dwar it-termini ta' l-impjieg ta' l-impjegati. Id-dikjarazzjoni bil-miktub, għandha tinkludi dettalji dwar
- it-termini ta' l-impjieg fir-rigward ta' l-isem u l-indirizz ta' min iħaddeu,
- il-post tax-xogħol
- it-titolu ta' l-impjieg / in-natura tax-xogħol
- id-data tal-bidu ta' l-impjieg
- kemm mistenni jdum il-kuntratt (jekk kuntratt temporanju) jew id-data ta' meta jiskadi l-kuntratt (jekk kuntratt definit)
- ir-rata jew il-metodu tal-kalkolu ta' ħlas,
- l-intervall bejn ħlas u ieħor,
- il-ħinijiet tax-xogħol (inkluża s-sahra),
- il-perjodu statutorju ta' mistrieħ u d-drittijiet għal waqfien għall-mistrieh,
- il-leave bi ħlas,
- meta wieħed ma jkunx jista' jaħdem minħabba mard jew korriment,
- il-pensjonijiet u l-iskemi tal-pensjoni,
- il-perjodu ta’ l-avviż, ftehim kollettivi,
L-Atti ma japplikawx għal persuna li tkun taħdem kontinwament ma' min iħaddimha għal anqas minn xahar. Id-dikjarazzjoni bil-miktub tad-dettalji trid tingħata minn min iħaddem fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jibda l-impjieg.
Is-sħubija fi Trejd unjon hi volontarja. Taħt il-liġi Irlandiża ta' l-Impjieg int għandek eżattament l-istess drittijiet bħall-ħaddiema Irlandiżi. Waħda mill-akbar unjons Irlandiżi, l-SIPTU, waqqfet fergħa għall-ħaddiema barranin. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil SIPTU fuq Lo Call 1890 747 881 jew fl-indirizz elettroniku organising@siptu.ie jew idħol fuq http://www.siptu.ie/
