Jobseeker

Kif Issib Xogħol

Qabel titlaq lejn l-Irlanda inti għandek l-ewwel tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm fl-Irlanda u tfittex parir u informazzjoni ta’ qabel it-tluq mill-Konsulenti Eures fil-pajjiż tiegħek stess. Inti tista’ tikkuntattjahom fl-Uffiċċju tas-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku lokali tiegħek (ara wkoll il-websajt www.eures.europa.eu). Mal-wasla, wieħed mill-ewwel punti ta’ kuntatt tiegħek għal assistenza biex issib impjieg u informazzjoni oħra dwar l-Irlanda għandu jkun Uffiċċju tas-Servizzi ta’ l-Impjieg tal-FÀS; dawn jinsabu fl-ibliet u l-irħula ewlenin kollha madwar l-Irlanda.

FÁS – L-AWTORITÀ TA' TAĦRIĠ U IMPJIEG

FÁS hi l-Awtorità ta' Taħriġ u Impjieg tal-Gvern Irlandiż, li tipprovdi programmi ta' taħriġ u impjieg, u servizz ta' reklutaġġ għal dawk li qed ifittxu impjieg. Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-UE/ŻEE u l-Iżvizzera huma intitolati li jirreġistraw għal impjieg jew taħriġ u jużaw is-servizzi ta' gwida u pariri. Tista' tikseb tagħrif dwar impjiegi minn fuq il-websajt ta' l-Impjiegi fl-Irlanda tal-FÁS http://www.fas.ie/ u mill-kabini ta' informazzjoni tal-FÁS.

Il-FÁS għandha sistema ta' 66 Uffiċċju ta' Servizz ta' Impjieg u 20 Ċentru ta' Taħriġ madwar il-pajjiż. Il-FÁS tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni tal-lingwa fl-uffiċċji kollha tagħha fil-pajjiż kollu. Id-dettalji u l-lokalitajiet ta' l-uffiċċji tal-FÁS jinsabu fuq http://www.fas.ie/ jew fid-Direttorju tat-Telefon Irlandiż.

L-AĠENZIJI TA' REKLUTAĠĠ PRIVATI

L-aġenziji tar-reklutaġġ privatt ma jistgħux jiċċarġjaw lil min qed ifittex ix-xogħol għas-servizz bażiku ta’ reġistrar fuq id-dejtabejż tagħhom. L-aġenziji kollha jrid ikolhom liċenzja mid-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni (Department of Enterprise, Trade and Innovation). Lista tal-aġenziji tal-impjieg liċenzjati hija disponibbli mit-Taqsima tal-Aġenziji tal-Impjieg (Employment Agencies Section), fid-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni. Għal aktar tagħrif kkuntattja 01 631 2121 jew idħol fuq www.deti.ie  

L-aġenziji privati huma mniżżla wkoll taħt "Aġenziji ta' l-Impjieg" fid-Direttorju tat-Telefon Golden Pages, jew idħol http://www.goldenpages.ie/ kif ukoll fl-assoċazzjoni ta' l-aġenziji, il-Federazzjoni Nazzjonali tar-Reklutaġġ, fuq http://www.nrf.ie/

Jekk teħtieġ tagħrif dwar id-drittijiet legali tiegħek tax-xogħol ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Innovazzjoni fuq 01 631 2121 jew idħol fuq www.deti.ie
Ara wkoll id-Drittijiet tax-Xogħol fuq wara.

KBYG

NDP Logo
transforming Ireland

Listen to this website with Browsealoud
European Social Fund
Investing in your Future         
Some programmes are co-funded by the ESF www.esf.ie