Il-Karatteristiċi fiżiċi
Il-gżira ta' l-Irlanda tinsab fil-Majjistral estrem ta' l-Ewropa.
Erja : 70,282 km2 [Irlanda ta' Fuq: 14,139 km2].
Il-Klima
Il-klima ta' l-Irlanda, li hija Influwenzata min-Nixxiegħa tal-Golf u b'riħ li jiġi l-aktar mil-lbiċ, hija moderata u t-temperaturi huma pjuttost l-istess fil-pajjiż kollu. L-aktar xhur kesħin huma Jannar u Frar bit-temperatura medja ta' l-arja ta' kuljum bejn 4°C u 7°C, waqt li Lulju u Awissu huma l-aktar sħan (14°C sa 16°C). Estremi ta' temperatura ta' l-arja, 10°C taħt iż-żero jew 'il fuq minn 30°C, huma estremament rari.
F'żoni baxxi l-medja ta' xita li tinżel f'sena hi l-aktar bejn 800 u 1200mm imma tvarja minn inqas minn 750mm f'xi żoni tal-lvant sa 1500mm f'xi partijiet fil-punent. F'żoni bil-muntanji x-xita li tinżel f'sena tista' tkun aktar minn 2000mm.
4.4 miljun
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika ta’ l-Irlanda; http://www.cso.ie/
IL-Lingwa
L-Ingliż hu rikonoxxut bħala t-tieni lingwa uffiċjali imma hi l-lingwa tal-post tax-xogħol barra miż-żoni ta' Gaeltacht fejn jibqa' jiġi mitkellem l-Irlandiż.
Ir-Reliġjon
Il-Kostituzzjoni Irlandiża tiggarantixxi l-libertà tat-twemmin u
l-libertà li wieħed iħaddan u jipprattika reliġjon liċ-ċittadini kollha.
Il-Politika
F'Diċembru 1921 kien ġie ffirmat Trattat Anglo-Irlandiż u 26 kontea kisbu
l-indipendenza bħala l-Istat Ħieles Irlandiż. Sitt kontej ta' Ulster ingħataw il-parlament tagħhom stess f'Belfast fl-1920 u baqgħu fi ħdan ir-Renju Unit.
Fl-1937 iddaħħlet Kostituzzjoni u l-Irlanda baqgħet newtrali matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1949 twaqqfet ir-Repubblika Irlandiża. L-Irlanda ġiet aċċettata fin-NU fl-1955 u daħlet fil-Kommunità Ekonomika Ewropea fl-1973, flimkien mar-Renju Unit u d-Danimarka.
L-Ekonomija
L-Irlanda, li għandha ekonomija msejsa fuq il-kummerċ internazzjonali, b’suq domestiku żgħir, tistrieħ b’mod qawwi fuq il-kummerċ barrani. Ta’ spiss tissemma bħala wieħed mill-aktar swieq miftuħin fid-dinja, u tinsab dejjem fuq quddiem nett fl-indiċijiet ta’ globalizzazzjoni. Matul il-perjodu 1996-2007, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) Irlandiż żdied b’rata mgħaġġla ta’ tkabbir ta’ madwar 7% fis-sena u dan wassal biex l-ekonomija Irlandiża tkun l-aktar ekonomija li kibret b’rata mgħaġġla fl-UE. Madanakollu, kien hemm tnaqqis drammatiku fl-2008 u l-ekonomija Irlandiża daħlet uffiċjalment f’reċessjoni fl-ewwel nofs tas-sena. Filwaqt li l-ekonomija Irlandiża niżlet b’1.6% minn sena għall-oħra, matul it-3 kwarti tal-2010 kien hemm ukoll sinjali ta’ rkupru bikri, b’aġġustament staġjonali tal-PDG sa 1.1% minn kwart għall-ieħor tas-sena. Iż-żieda minn kwart għall-ieħor tas-sena sseħħ bis-saħħa tas-settur tal-esportazzjoni, li kompla jissaħħaħ bil-qawwi. Fl-istess ħin, il-livelli tal-konsum u l-investiment komplew jinżlu u dan jixhed id-dgħufija kontinwa tad-domanda għal servizzi marbuta mal-qasam tad-djar u dak domestiku. Iċ-ċaqliq fir-reviżjonijiet tal-estimi kemm fejn jidħlu l-ħtiġijiet finanzjarji sabiex isalvaw il-banek mill-falliment finanzjarju kif ukoll fejn għandu x’jaqsam id-daqs fit-tnaqqis tal-flus mogħtija minn qabel, jidher li qed jaffettwa ħażin il-kunfidenza tal-konsumatur. Sa ftit żmien ieħor l-ekonomija Irlandiża mhux se jkollha tkabbir nett pożittiv matul il-perjodu 2010-2011, u dan minħabba t-tlaqqigħ flimkien tat-tkabbir modest u negattiv tal-2010 mat-tkabbir modest u pożittiv tal-2011. L-aħħar stħarriġ ekonomiku minn Reuter juri tbassir kunsenswali ta’ tkabbir ta’ 1% tal-PDG għal din is-sena, filwaqt li ESRI qed ibassru li l-ekonomija se tikber bi ftit, jiġifieri b’1.5% fl-2012. Għaldaqstant, filwaqt li l-ekonomija qed tirkupra, dan qed isir b’pass kajman ħafna.
