Kull min ifittex xogħol fl-Irlanda għandu japplika għal Numru tas-Servizz Pubbliku Personal Irlandiż (Public Service Number (PPS)). Sabiex tikseb dan in-numru għandek tikkuntattja l-Uffiċċju għall-Assistenza Soċjali (Social Welfare Office) lokali tiegħek. Għal aktar tagħrif dwar il-proċess u r-rekwiżiti tal-applikazzjoni kkuntattja d-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali (Department of Social Protection ) fuq 01 874 8444 jew idħol fuq www.welfare.ie
Iċ-ċittadini ta' l-UE, l-Iżvizzera u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom id-dritt li jgħixu u jaħdmu fl-Irlanda mingħajr permess tax-xogħol, u għandhom l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini Irlandiżi fir-rigward tal-ħlas u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.
Ċittadini Bulgari u Rumeni jibqgħu jkollhom bżonn permess sabiex jkollhom impjieg fl-Irlanda. Iżda, dawn il-ħtiġijiet għal permess ta’ impjieg japplikaw biss għall-ewwel tnax-il xahar kontinwu ta’ impjieg fl-Istat. Fit-tmiem dan il-perjodu ta’ tnax-il xahar ċittadin Bulgaru jew Rumen ikun liberu li jaħdem fl-Irlanda bla ħtieġa ta’ permess ta’ impjieg.
Jekk inti membru ta’ l-UE u/jew taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) m’hemmx bżonn ta’ permess ta’ residenza. Il persuni kollha li mhumiex ċittadini nazzjonali u li mhumiex ċittadini ta' Stat Membru tal Unjoni Ewropea, taż Żona Ekonomika Ewropea jew tal Iżvizzera, għandhom jirreġistraw ma’ Garda (il Pulizija Nazzjonali tal Irlanda) Uffiċċju Nazzjonali tal Immigrazzjoni (Tel: +353 1 6669130; Web: www.garda.ie).
