Jobseeker

Sigurtá Soċjali

Id-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali huwa responsabbli mis-sigurtà soċjali fl-Irlanda. Il-ħaddiema jħallsu kontribuzzjoni msejħa Assigurazzjoni Soċjali Marbuta mal-Paga (Pay Related Social Insurance) (PRSI); din titnaqqas minn min iħaddem u tingħadda lid-Dipartiment. L-ammont ta’ PRSI li inti tħallas jiddependi mid-dħul tiegħek u mill-klassi li taħtha inti assigurat. Hemm 11-il klassi ta’ assigurazzjoni soċjali differenti fl-Irlanda. Ngħidu aħna impjegati assigurati taħt Klassi A, iħallsu l-ammont li ġej:

  • Jekk taqla’ anqas minn €352 gross fil-ġimgħa, ma tħallas l-ebda assigurazzjoni soċjali. *1
  • Jekk taqla’ bejn €352 u €500 fil-ġimgħa, l-ewwel €127 tad-dħul tiegħek jiġu injorati u tħallas 4% fuq kwalunkwe dħul li jaqbeż dan l-ammont sa massimu ta’ €500. *1
  • Jekk taqla’ aktar minn €500 fil-ġimgħa u tħallas kontribuzzjoni ta’ Klassi A2 (dan jgħodd għal min għandu l-kartuna medika u għal min qed jirċievi xi ħlasijiet minn benefiċċji soċjali), l-ewwel €127 tad-dħul tiegħek jiġu injorati u tħallas 4% fuq kwalunkwe dħul li jaqbeż dan l-ammont. *1
  • Jekk taqla’ aktar minn €500 fil-ġimgħa u tħallas kontribuzzjoni ta’ Klassi A1, inti tħallas 4% fuq l-ewwel €127 tad-dħul tiegħek fil-ġimgħa, 8% fuq kwalunkwe dħul li jaqbeż dan l-ammont sa massimu ta’ €1443 u 9% fuq il-bilanċ. *1

Kulħadd huwa responsabbli li jħallas it-Tariffa Soċjali Universali (2, 4 jew 7%) jekk id-dħul gross tagħhom jaqbeż l-ammont ta’ €4,004 fis-sena (€77 fil-ġimgħa).

    Jekk jogħġbok innota:

    Iċ-ċifri mogħtija hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Madankollu, dawn huma suġġetti għal tibdil. Għal aktar tagħrif idħol f ' http://www.welfare.ie/ (tel. 01 704 3000)

    L-Għajnuna Soċjali

    Kull min japplika għal Assistenza ta' Għajnuna Soċjali (ħlasijiet skond kemm għandek mezzi) mingħand il-Gvern Irlandiż irid jissodisfa Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali flimkien ma' kondizzjonijiet oħra ta' kwalifika. Ġeneralment applikant li jkun ilu preżenti fl-Irlanda għal sentejn jew aktar, jaħdem hawnhekk u li għandu intenzjoni stabbli li jibqa' fl-Irlanda u li jagħmilha d-dar permanenti tiegħu jissodisfa wkoll il-Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali. Għal tagħrif sħiħ żur www.welfare.ie

    It-Trasferiment ta' Benefiċċju tal-Qgħad

    Persuni li kienu jirċievu Benefiċċju tal-Qgħad f'pajjiżhom (UE/Stat Membru taż-ŻEE jew l-Iżvizzera) huma intitolati għal transferiment tal-Benefiċċju tal-Qgħad (jekk eliġibbli) minn dak il-pajjiż għall-Irlanda għal perjodu ta' tlett xhur. It-trasferiment tal-Benefiċċju tal-Qgħad huwa organizzat mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew tax-Xogħol fil-pajjiż ta’ oriġini tal-UE/ŻEE u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali Irlandiż.

    *1 Ċifri kif kienu fl-1 ta’ Ġunju 2011

    KBYG

    NDP Logo
    transforming Ireland

    Listen to this website with Browsealoud
    European Social Fund
    Investing in your Future         
    Some programmes are co-funded by the ESF www.esf.ie