Jobseeker

Taxxa

(PAYE – Pay As You Earn)

X'għandek bżonn tagħmel?

Min iħaddmek irid jaqta' t-taxxa mill-paga tiegħek skond l-iskema tal-PAYE. Biex tkun żgur li t-taxxa tiegħek tkun amministrata kif suppost mill-bidu u li dak li jħaddmek jaqta' l-ammont tajjeb ta' taxxa mill-paga tiegħek għandek tagħmel żewġ affarijiet:

  1. Agħti lil min iħaddmek in-numru tal-PPS tiegħek (Personal Public Service Number – In-Numru Personali tas-Servizz Pubbliku). Hu/hi mbagħad jgħarraf/tgħarraf lill-uffiċċju tat-taxxa li int bdejt taħdem
  2. Malli tirċievi n-numru tal-PPS tiegħek mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tista’ tapplika għal ċertifikat tal-krediti tat-taxxa billi timla l-Formola 12A (Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-Krediti tat-Taxxa u l-Limiti tar-Rati Standard) (Application for a Certificate of Tax Credits and Standard Rate Cut-Off Point) u ibgħatha lill-uffiċċju tat-taxxi. Saqsi lil min iħaddmek għall-formola 12A. Min iħaddmek għandu jgħidlek lil liema uffiċċju tat-taxxa għandek tibgħat il-formola 12A li int tkun imlejt. Jekk min iħaddmek ma jkollux il-formola 12A, inti tista' takkwista waħda minn kull uffiċċju tat-taxxa jew billi ċċempel fuq 1890 306 706. Idealment, int għandek tagħmel dan kollu malli taċċetta l-offerta ta' xogħol - anki jekk ikun biss impjieg part-time jew xogħol ta' matul vaganza. Dan jagħti lil min iħaddmek u lill-uffiċċju tat-taxxa żmien biżżejjed sabiex jirranġaw l-affarijiet qabel l-ewwel jum tal-ħlas tiegħek.

X'jiġri mbagħad?

L-uffiċċju tat-taxxa jibgħat lilek u lil min iħaddmek Ċertifikat ta' Krediti ta' Taxxa
u r-Rata Standard tal-Punt ta' Qtugħ, li tistabbilixxi fid-dettal l-ammont ta'
krediti *1 ta' taxxa li int intitolat għalihom.

Meta tibda tħallas it-taxxa fuq id-dħul?

Normalment inti tibda tħallas it-taxxa mill-ewwel jum tal-ħlas tiegħek. L-ammont ta' taxxa li inti tħallas jiddependi fuq il-livell ta' ħlas u l-ammont ta' krediti ta' taxxa tiegħek.

Ġabra fil-qosor tar-Rati ta' Taxxi (għal persuna waħedha)

  • 20% fuq l-ewwel €32,800.00 tal-qligħ *2
  • 41% fuq il-qligħ kollu aktar minn €32,800.00 *2

Jekk jogħġbok innota:

Iċ-ċifri mogħtija hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Madankollu, dawn huma suġġetti għal tibdil. Għal kjarifiki u informazzjoni ulterjuri kkuntattja lid-Dipartiment tat-Taxxi fuq 01 865 5000 jew illoggja fuq http://www.revenue.ie/

*1 dawn huma konċessjonijiet personali mit-taxxa mogħtija lill-individwi b'sistema ta' Krediti ta' Taxxa.

*2 Ċifri kif kienu fl-1 ta’ Ġunju 2011
KBYG

NDP Logo
transforming Ireland

Listen to this website with Browsealoud
European Social Fund
Investing in your Future         
Some programmes are co-funded by the ESF www.esf.ie