L-għan ta' dan il-ktejjeb hu li jipprovdi informazzjoni li tkun ta' għajnuna għalik meta tiġi l-Irlanda. Din il-gwida tistabbilixxi l-passi li għandek tieħu qabel u meta tasal l-Irlanda. Tipprovdi informazzjoni utli u indirizzi minn fejn tista' takkwista aktar għajnuna.
Li temigra tista' tkun esperjenza kbira, li toffri lin-nies l-opportunità li jduqu l-mod ta' ħajja kulturali, soċjali u ekonomiku ta' pajjiż ieħor. L-Irlanda hi destinazzjoni populari għal dawk l-Ewropej mobbli li qed ifittxu impjieg u ħafna ħadu vantaġġ mid-dritt tagħhom li jgħixu u jaħdmu fl-Irlanda. Madankollu biex tieħu l-aktar minn din l-esperjenza hu importanti ħafna li tikseb informazzjoni dwar l-impjiegi, il-kondizzjoniet ta' l-għajxien u d-drittijiet tax-xogħol qabel ma tmur. Madankollu biex tisfrutta bl-aqwa mod l-esperjenza tiegħek huwa importanti ħafna li tikseb informazzjoni dwar l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u s-sitwazzjoni ekonomika kurrenti qabel ma tmur.
Dan jista' jsir billi tuża s-sistema EURES (EURopean Employment Services - Servizz Ewropew ta' l-Impjieg) li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea biex tiffaċilita il-moviment ħieles tal-ħaddiema.
EURES tipprovdi aċċess għal dawn is-servizzi li ġejjin:
- 'Il fuq minn 750,000 impjieg minn madwar l-Ewropa kollha, inkluża l-Irlanda
- Database ċentrali ta' informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u xogħol f'kull wieħed minn dawn il-pajjiżi
- Konsulenti ta' l-Eures b'taħriġ speċjali fi ħdan is-Servizzi Pubbliċi ta' l-Impjieg f'pajjiżek stess li jagħtuk pariri u gwida komprensivi dwar il-mobilità. Fl-Irlanda, is-sistema EURES hi bbażata fi ħdan il-FÁS – L-Awtorità tat-Taħriġ u Impjieg ta' l-Irlanda.
Inti tista' taċċessja EURES fuq l-internet fuq http://www.eures.europa.eu/ jew mill-Uffiċċju Pubbliku tas-Servizzi ta' l-Impjieg lokali tiegħek.
