FÁS Know Before You Go Logo

English

Čeština

Deutsch

Eesti keel

Ελληνικά Ellinika

Français

Język Polski

Latviešu

Lietuviškai

Magyar

Malti

Slovenčina

Slovenščina

Español

Român

български

 

Czech

German

Estonian

Greek Cypriot

French

Polish

Latvian

Lithuanian

Hungarian

Maltese

Slovakian

Slovenian

Spanish

Romanian

Bulgarian

 


L-Irlanda

 

Lista Ta' Verifika

 

Numru Personali tas-Servizz Pubbliku

 

Kif Issib Xogħol

 

Akkommodazzjoni

 

Lingwa Ingliża

 

>Drittijiet Ta' L-impjieg

 

Saħħa U Sigurtá

 

Taxxa

 

Sigurtá Soċjali

 

Il-Ftuħ ta' Kont tal-Bank

 

Il-Kura Tas-Saħħa

 

Edukazzjoni

 

Fatti Dwar L-Irlanda

 

Indirizzi Utli

 

 

 

ID-DRITTIJIET TA' l-IMPJIEG

Id-Dipartiment (Ministeru) Irlandiż għall-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjieg  jippubblika għadd ta' kotba żgħar li jagħtu dettalji tad-drittijiet tiegħek bħala ħaddiem fl-Irlanda li jinkludu l-oqsma li ġejjin: Il-Gwida għal-Liġi tax-Xogħol fl-Irlanda, it-Tkeċċijiet Inġusti, il-Ħlas ta' Pagi, it-Termini ta' l-Impjieg, il-Vaganzi u l-Vaganzi Pubbliċi. Din l-informazzjoni tinsab fuq www.entemp.ie  Tista' tikseb ukoll kopja tad-Drittijiet ta' l-Impjieg kif ukoll tal- Kundizzjonijiet ta' l-Għixien u x-Xogħol fl-Irlanda bil-lingwa tiegħek stess mill-uffiċċji kollha ta' l-FÁS.

Fl-2007 twaqqaf uffiċċju ġdid għall-konformità mad-drittijiet statutorji ta’ l-impjieg (l-Awtorità Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ l-Impjieg - NERA) fuq bażi interim biex jippromwovi l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet ta’ l-impjieg u biex jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ l-impjieg. Huwa jmexxi l-Ispettorat tax-Xogħol u s-sezzjoni dwar id-Drittijiet ta’ l-Impjieg tad-Dipartiment ta’ l-Intrapriża. il-Kummerċ u l-Impjieg.  Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok illoggja fuq www.employmentrights.ie

Mill-1 taLulju, 2007 il-paga minima hija ta’ €8.65 fis-siegħa.

Ir-rata minima tal-paga tiżdied minn żmien għal żmien. Dettalji dwar ir-rati minimi kurrenti huma dejjem disponibbli mill-Uffiċċju ta’ l-Informazzjoni dwar id-Drittijiet ta’ l-Impjieg jew mill-websajt tad-Dipartiment www.entemp.ie

Ċerti setturi ta' l-industrija, li jinkludu l-agrikoltura, il-catering, it-tindif b'kuntratt, il-kostruzzjoni, il-kuntratt ta' l-elettriku, il-lukandi (barra l-belt ta' Dublin, Dun Laoghaire, il-belt ta' Cork), il-ħwienet tal-merċa bl-imnut, u s-sigurtà huma koperti bi Ftehim / Ordnijiet li jorbtu legalment li jistabbilixxu rati minimi ta' ħlas, li jistgħu jkunu aktar mill-Paga Minima Nazzjonali. Dettalji u kopji ta' dawn il-Ftehim/Ordnijiet jistgħu jinkisbu fuq talba mit-Taqsima ta' Tagħrif dwar id-Drittijiet ta' l-Impjieg, tad-Dipartiment ta' l-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjieg minn fuq www.entemp.ie

Kuntratt ta' Impjieg

L-Att ta’ l-1994 dwar it-Termini ta' l-Impjieg (Informazzjoni), teħtieġ li min iħaddem jipprovdi lill-impjegati b'dikjarazzjoni bil-miktub ta' ċerti dettalji dwar it-termini ta' l-impjieg ta' l-impjegati. Id-dikjarazzjoni bil-miktub, għandha tinkludi dettalji dwar

  • it-termini ta' l-impjieg fir-rigward ta' l-isem u l-indirizz ta' min iħaddeu,
  • il-post tax-xogħol
  • it-titolu ta' l-impjieg / in-natura tax-xogħol
  • id-data tal-bidu ta' l-impjieg
  • kemm mistenni jdum il-kuntratt (jekk kuntratt temporanju) jew id-data ta' meta jiskadi l-kuntratt (jekk kuntratt definit)
  • ir-rata jew il-metodu tal-kalkolu ta' ħlas,
  • l-intervall bejn ħlas u ieħor,
  • il-ħinijiet tax-xogħol (inkluża s-sahra),
  • il-perjodu statutorju ta' mistrieħ u d-drittijiet għal waqfien għall-mistrieh,
  • il-leave bi ħlas,
  • meta wieħed ma jkunx jista' jaħdem minħabba mard jew korriment,
  • il-pensjonijiet u l-iskemi tal-pensjoni,
  • il-perjodu ta’ l-avviż, ftehim kollettivi,

L-Atti ma japplikawx għal persuna li tkun taħdem kontinwament ma' min iħaddimha għal anqas minn xahar. Id-dikjarazzjoni bil-miktub tad-dettalji trid tingħata minn min iħaddem fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jibda l-impjieg.

It-Trejd unjons

Is-sħubija fi Trejd unjon hi volontarja. Taħt il-liġi Irlandiża ta' l-Impjieg int għandek eżattament l-istess drittijiet bħall-ħaddiema Irlandiżi. Waħda mill-akbar unjons Irlandiżi, l-SIPTU, waqqfet fergħa għall-ħaddiema barranin. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil SIPTU fuq Lo Call 1890 747 881 jew fl-indirizz elettroniku organising@siptu.ie jew idħol fuq www.siptu.ie

 

FÁS - Training and Employment Authority
27-33 Upper Baggot Street,
Dublin
4, Ireland.

Telefon +353 (0)1 607 0500
Fax +353 (0)1 607 0600.

Għal aktar tagħrif mur fuq www.fas.ie  jew ibgħat email info@fas.ie

L-attivitajiet ta' l-FáS huma mħallsa mill-Gvern Irlandiż, il-Fond Nazzjonali tat-Taħriġ u l-Unjoni Ewropea

F?S LogoNational Development Plan LogoEuropean Union LogoEURES LogoEuropean