FÁS Know Before You Go Logo

English

Čeština

Deutsch

Eesti keel

Ελληνικά Ellinika

Français

Język Polski

Latviešu

Lietuviškai

Magyar

Malti

Slovenčina

Slovenščina

Español

Român

български

 

Czech

German

Estonian

Greek Cypriot

French

Polish

Latvian

Lithuanian

Hungarian

Maltese

Slovakian

Slovenian

Spanish

Romanian

Bulgarian

 


L-Irlanda

 

Lista Ta' Verifika

 

Numru Personali tas-Servizz Pubbliku

 

Kif Issib Xogħol

 

Akkommodazzjoni

 

Lingwa Ingliża

 

Drittijiet Ta' L-impjieg

 

Saħħa U Sigurtá

 

Taxxa

 

Sigurtá Soċjali

 

Il-Ftuħ ta' Kont tal-Bank

 

Il-Kura Tas-Saħħa

 

Edukazzjoni

 

>Fatti Dwar L-Irlanda

 

Indirizzi Utli

 

 

 

FATTI DWAR L-IRLANDA

Il-Karatteristiċi fiżiċi

Il-gżira ta' l-Irlanda tinsab fil-Majjistral estrem ta' l-Ewropa.
Erja : 70,282 km2 [Irlanda ta' Fuq: 14,139 km2].

Il-Klima

Il-klima ta' l-Irlanda, li hija Influwenzata min-Nixxiegħa tal-Golf u b'riħ li jiġi l-aktar mil-lbiċ, hija moderata u t-temperaturi huma pjuttost l-istess fil-pajjiż kollu. L-aktar xhur kesħin huma Jannar u Frar bit-temperatura medja ta' l-arja ta' kuljum bejn 4°C u 7°C, waqt li Lulju u Awissu huma l-aktar sħan (14°C sa 16°C). Estremi ta' temperatura ta' l-arja, 10°C taħt iż-żero jew 'il fuq minn 30°C, huma estremament rari.

F'żoni baxxi l-medja ta' xita li tinżel f'sena hi l-aktar bejn 800 u 1200mm imma tvarja minn inqas minn 750mm f'xi żoni tal-lvant sa 1500mm f'xi partijiet fil-punent. F'żoni bil-muntanji x-xita li tinżel f'sena tista' tkun aktar minn 2000mm.

IL-Popolazzjoni

4.2 miljun

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika ta’ l-Irlanda; www.cso.ie

IL-Lingwa

L-Ingliż hu rikonoxxut bħala t-tieni lingwa uffiċjali imma hi l-lingwa tal-post tax-xogħol barra miż-żoni ta' Gaeltacht fejn jibqa' jiġi mitkellem l-Irlandiż.

Ir-Reliġjon

Il-Kostituzzjoni Irlandiża tiggarantixxi l-libertà tat-twemmin u
l-libertà li wieħed iħaddan u jipprattika reliġjon liċ-ċittadini kollha
.

Il-Politika

F'Diċembru 1921 kien ġie ffirmat Trattat Anglo-Irlandiż u 26 kontea kisbu
l-indipendenza bħala l-Istat Ħieles Irlandiż. Sitt kontej ta' Ulster ingħataw il-parlament tagħhom stess f'Belfast fl-1920 u baqgħu fi ħdan ir-Renju Unit.
Fl-1937 iddaħħlet Kostituzzjoni u l-Irlanda baqgħet newtrali matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1949 twaqqfet ir-Repubblika Irlandiża. L-Irlanda ġiet aċċettata fin-NU fl-1955 u daħlet fil-Kommunità Ekonomika Ewropea fl-1973, flimkien mar-Renju Unit u d-Danimarka.

L-Ekonomija

Fis-snin reċenti, l-Irlanda stabilixxiet ruħha bħala waħda mill-ekonomiji li qed jikbru l-aktar fl-Ewropa. L-ekonomija Irlandiża kienet ikkaratterizzata minn rati għolja ta’ tkabbir u finanzi pubbliċi b’saħħithom. Bejn l-1996 u l-2005, il-PGD kiber annwalment b’medja ta’ 7.5% u dan kien jikkompara favorevolment mal-bqija tad-dinja industrijalizzata. Il-valur ta’ l-ekonomija kien ta’ €165bn fl-2006 imqassam fost popolazzjoni ta’ 4.2 miljun li jagħti PGD per capita ta’ ftit aktar minn €39,000 li huwa ekwivalenti għal 139% tal-PGD medju per capita ta’ l-UE. Il-prestazzjoni ekonomika qawwija ta’ l-Irlanda hija mistennija li tkompli fil-medda medja taż-żmien, għalkemm b’pass inqas mgħaġġel, bl-għajnuna ta’ programmi ta’ sħubija bejn il-Gvern, it-Trade Unions, u dawk li jħaddmu dwar id-direzzjoni wiesgħa tal-politika ekonomika u soċjali. L-Irlanda ssodisfat b’faċilità il-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni Monetarja Ewropea u kienet waħda mit-12-il pajjiż fundatur ta’ l-Euro, il-munita Ewropea li tnediet fl-1 ta’ Jannar 2002.

Bħala ekonomija kummerċjali internazzjonali, b’suq domestiku żgħir, l-Irlanda tiddependi ħafna fuq il-kummerċ barrani. Regolarment imsemmi bħala wieħed mill-aktar swieq miftuħa fid-dinja u fl-ogħla postijiet fl-indiċi tal-globalizzazzjoni, l-esportazzjoni Irlandiża kibret ħafna f’dawn l-aħħar għaxar snin. L-esportazzjoni ta’ merkanzija Irlandiża fl-2006 laħqet €88,704miljun filwaqt li l-importazzjoni ta’ merkanzija laħqet €60,398miljun b’hekk kien hemm bilanċ kummerċjali sinifikanti. Madankollu, minħabba trasferimenti kbar barra ‘l pajjiż, l-Irlanda kellha defiċit fil-kont kurrenti ekwivalenti għal 3.5% tal-PGD fl-2006.

 

FÁS - Training and Employment Authority
27-33 Upper Baggot Street,
Dublin
4, Ireland.

Telefon +353 (0)1 607 0500
Fax +353 (0)1 607 0600.

Għal aktar tagħrif mur fuq www.fas.ie  jew ibgħat email info@fas.ie

L-attivitajiet ta' l-FáS huma mħallsa mill-Gvern Irlandiż, il-Fond Nazzjonali tat-Taħriġ u l-Unjoni Ewropea

F?S LogoNational Development Plan LogoEuropean Union LogoEURES LogoEuropean