FÁS Know Before You Go Logo

English

Čeština

Deutsch

Eesti keel

Ελληνικά Ellinika

Français

Język Polski

Latviešu

Lietuviškai

Magyar

Malti

Slovenčina

Slovenščina

Español

Român

български

 

Czech

German

Estonian

Greek Cypriot

French

Polish

Latvian

Lithuanian

Hungarian

Maltese

Slovakian

Slovenian

Spanish

Romanian

Bulgarian

 


L-Irlanda

 

Lista Ta' Verifika

 

Numru Personali tas-Servizz Pubbliku

 

>Kif Issib Xogħol

 

Akkommodazzjoni

 

Lingwa Ingliża

 

Drittijiet Ta' L-impjieg

 

Saħħa U Sigurtá

 

Taxxa

 

Sigurtá Soċjali

 

Il-Ftuħ ta' Kont tal-Bank

 

Il-Kura Tas-Saħħa

 

Edukazzjoni

 

Fatti Dwar L-Irlanda

 

Indirizzi Utli

 

 

 

KIF ISSIB IX-XOGĦOL

Qabel titlaq lejn l-Irlanda inti għandek l-ewwel tara x’opportunitajiet ta’ xogħol hemm fl-Irlanda u tfittex parir u informazzjoni ta’ qabel it-tluq mill-Konsulenti Eures fil-pajjiż tiegħek stess. Inti tista’ tikkuntattjahom fl-Uffiċċju tas-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku lokali tiegħek (ara wkoll il-websajt www.eures.europa.eu). Mal-wasla, wieħed mill-ewwel punti ta’ kuntatt tiegħek għal assistenza biex issib impjieg u informazzjoni oħra dwar l-Irlanda għandu jkun Uffiċċju tas-Servizzi ta’ l-Impjieg tal-FÀS; dawn jinsabu fl-ibliet u l-irħula ewlenin kollha madwar l-Irlanda.

FÁS – L-AWTORITÀ TA' TAĦRIĠ U IMPJIEG

FÁS hi l-Awtorità ta' Taħriġ u Impjieg tal-Gvern Irlandiż, li tipprovdi programmi ta' taħriġ u impjieg, u servizz ta' reklutaġġ għal dawk li qed ifittxu impjieg. Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-UE/ŻEE u l-Iżvizzera huma intitolati li jirreġistraw għal impjieg jew taħriġ u jużaw is-servizzi ta' gwida u pariri. Tista' tikseb tagħrif dwar impjiegi minn fuq il-websajt ta' l-Impjiegi fl-Irlanda tal-FÁS www.fas.ie u mill-kabini ta' informazzjoni tal-FÁS.

Il-FÁS għandha sistema ta' 66 Uffiċċju ta' Servizz ta' Impjieg u 20 Ċentru ta' Taħriġ madwar il-pajjiż. Il-FÁS tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni tal-lingwa fl-uffiċċji kollha tagħha fil-pajjiż kollu. Id-dettalji u l-lokalitajiet ta' l-uffiċċji tal-FÁS jinsabu fuq www.fas.ie  jew fid-Direttorju tat-Telefon Irlandiż.

L-AĠENZIJI TA' REKLUTAĠĠ PRIVATI

L-aġenziji ta' reklutaġġ privati ma jistgħux jitolbu ħlas minngħand dawk li qed ifittxu impjieg għas-servizz bażiku li jirreġistraw fuq id-databases tagħhom. L-aġenziji kollha jridu jkunu liċenzjati mid-Dipartiment ta' l-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjieg. Lista ta' l-aġenziji ta' l-impjieg liċenzjati tista' tinkiseb mingħand it-Taqsima ta' l-Aġenziji ta' l-Impjieg, fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Intrapriża, Kummerċ u Impjieg. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 01 631 2121 jew idħol www.entemp.ie   

L-aġenziji privati huma mniżżla wkoll taħt "Aġenziji ta' l-Impjieg" fid-Direttorju tat-Telefon Golden Pages, jew idħol www.goldenpages.ie  kif ukoll fl-assoċazzjoni ta' l-aġenziji, il-Federazzjoni Nazzjonali tar-Reklutaġġ, fuq www.nrf.ie Jekk għandek teħtieġ informazzjoni dwar id-drittijiet legali tiegħek fuq ix-xogħol ikkuntattja lid-Dipartiment ta' l-Intrapriża, Kummerċ u Impjieg fuq 01 631 2121 jew idħol www.entemp.ie   Ara wkoll id-Drittijiet ta' l-Impjieg billi taqleb il-paġna.

 

FÁS - Training and Employment Authority
27-33 Upper Baggot Street,
Dublin
4, Ireland.

Telefon +353 (0)1 607 0500
Fax +353 (0)1 607 0600.

Għal aktar tagħrif mur fuq www.fas.ie  jew ibgħat email info@fas.ie

L-attivitajiet ta' l-FáS huma mħallsa mill-Gvern Irlandiż, il-Fond Nazzjonali tat-Taħriġ u l-Unjoni Ewropea

F?S LogoNational Development Plan LogoEuropean Union LogoEURES LogoEuropean