FÁS Know Before You Go Logo

English

Čeština

Deutsch

Eesti keel

Ελληνικά Ellinika

Français

Język Polski

Latviešu

Lietuviškai

Magyar

Malti

Slovenčina

Slovenščina

Español

Român

български

 

Czech

German

Estonian

Greek Cypriot

French

Polish

Latvian

Lithuanian

Hungarian

Maltese

Slovakian

Slovenian

Spanish

Romanian

Bulgarian

 


L-Irlanda

 

Lista Ta' Verifika

 

Numru Personali tas-Servizz Pubbliku

 

Kif Issib Xogħol

 

Akkommodazzjoni

 

Lingwa Ingliża

 

Drittijiet Ta' L-impjieg

 

Saħħa U Sigurtá

 

Taxxa

 

>Sigurtá Soċjali

 

Il-Ftuħ ta' Kont tal-Bank

 

Il-Kura Tas-Saħħa

 

Edukazzjoni

 

Fatti Dwar L-Irlanda

 

Indirizzi Utli

 

 

 

IS-SIGURTÀ SOĊJALI

Id-Dipartiment (Ministeru) ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja huwa responsabbli għas- sigurtà soċjali fl-Irlanda. Il-ħaddiema jħallsu tnaqqis imsejjaħ Assikurazzjoni Soċjali Relatata mal-Paga (PRSI - Pay Related Social Insurance); dan l-ammont jitnaqqas minn min iħaddem u jingħadda lid-Dipartiment.

  • Ma jsirx ħlas ta' assigurazzjoni soċjali fuq l-ewwel €127.00 tal- qligħ fil-ġimgħa *1
  • Fuq salarju bażiku t-tnaqqis ta' l-assigurazzjoni soċjali hu ta' 4% tal-qligħ ta' aktar minn €127.00 fil-ġimgħa. NOTA: Jekk il-qligħ tiegħek ikun aktar minn €480 fil-ġimgħa, tapplika Levy tas-Saħħa ta' 2% fuq il-qligħ kollu tiegħek *1
  • Japplika limitu massimu ta' ħlas annwali ta' €48,800. Jekk il-qligħ tiegħek jaqbeż din iċ-ċifra ma titħallasx assigurazzjoni soċjali. NOTA: Il-Levy tas-Saħħa ta' 2% xorta tapplika *1

 

Jekk jogħġbok innota:

Iċ-ċifri mogħtija hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Madankollu, dawn huma suġġetti għal tibdil. Għal aktar tagħrif idħol f ' www.welfare.ie (tel. 01 704 3000)

L-Għajnuna Soċjali

Kull min japplika għal Assistenza ta' Għajnuna Soċjali (ħlasijiet skond kemm għandek mezzi) mingħand il-Gvern Irlandiż irid jissodisfa Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali flimkien ma' kondizzjonijiet oħra ta' kwalifika. Ġeneralment applikant li jkun ilu preżenti fl-Irlanda għal sentejn jew aktar, jaħdem hawnhekk u li għandu intenzjoni stabbli li jibqa' fl-Irlanda u li jagħmilha d-dar permanenti tiegħu jissodisfa wkoll il-Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali. Għal tagħrif sħiħ żur www.welfare.ie/publications/hrc.html  

It-Trasferiment ta' Benefiċċju tal-Qgħad

Persuni li kienu jirċievu Benefiċċju tal-Qgħad f'pajjiżhom (UE/Stat Membru taż-ŻEE jew l-Iżvizzera) huma intitolati għal transferiment tal-Benefiċċju tal-Qgħad (jekk eliġibbli) minn dak il-pajjiż għall-Irlanda għal perjodu ta' tlett xhur. It-trasferiment hu organizzat mill-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali fl-UE/ŻEE jew l-Iżvizzera u d-Dipartiment Irlandiż ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja.

*1 Ċifri kif kienu fl-1 taĠunju 2007  

 

FÁS - Training and Employment Authority
27-33 Upper Baggot Street,
Dublin
4, Ireland.

Telefon +353 (0)1 607 0500
Fax +353 (0)1 607 0600.

Għal aktar tagħrif mur fuq www.fas.ie  jew ibgħat email info@fas.ie

L-attivitajiet ta' l-FáS huma mħallsa mill-Gvern Irlandiż, il-Fond Nazzjonali tat-Taħriġ u l-Unjoni Ewropea

F?S LogoNational Development Plan LogoEuropean Union LogoEURES LogoEuropean