FÁS Know Before You Go Logo

English

Čeština

Deutsch

Eesti keel

Ελληνικά Ellinika

Français

Język Polski

Latviešu

Lietuviškai

Magyar

Malti

Slovenčina

Slovenščina

Español

Român

български

 

Czech

German

Estonian

Greek Cypriot

French

Polish

Latvian

Lithuanian

Hungarian

Maltese

Slovakian

Slovenian

Spanish

Romanian

Bulgarian

 


L-Irlanda

 

Lista Ta' Verifika

 

Numru Personali tas-Servizz Pubbliku

 

Kif Issib Xogħol

 

Akkommodazzjoni

 

Lingwa Ingliża

 

Drittijiet Ta' L-impjieg

 

Saħħa U Sigurtá

 

>Taxxa

 

Sigurtá Soċjali

 

Il-Ftuħ ta' Kont tal-Bank

 

Il-Kura Tas-Saħħa

 

Edukazzjoni

 

Fatti Dwar L-Irlanda

 

Indirizzi Utli

 

 

 

IT-TAXXA (PAYE – Pay As You Earn)

X'għandek bżonn tagħmel?

Min iħaddmek irid jaqta' t-taxxa mill-paga tiegħek skond l-iskema tal-PAYE. Biex tkun żgur li t-taxxa tiegħek tkun amministrata kif suppost mill-bidu u li dak li jħaddmek jaqta' l-ammont tajjeb ta' taxxa mill-paga tiegħek għandek tagħmel żewġ affarijiet:

  1. Agħti lil min iħaddmek in-numru tal-PPS tiegħek (Personal Public Service Number – In-Numru Personali tas-Servizz Pubbliku). Hu/hi mbagħad jgħarraf/tgħarraf lill-uffiċċju tat-taxxa li int bdejt taħdem
  2. Meta tirċievi n-numru PPS mid-Dipartiment ta' l-Affarijiet Soċjali u tal-Familja inti tista' tapplika għal ċertifikat ta' krediti ta' taxxa billi timla l-Formola 12A (Applikazzjoni għal Ċertifikat ta' Krediti ta' Taxxa u Rata Standard tal-Punt ta' Qtugħ) u tibgħatha lill-uffiċċju tat-taxxa. Saqsi lil min iħaddmek għall-formola 12A. Min iħaddmek għandu jgħidlek lil liema uffiċċju tat-taxxa għandek tibgħat il-formola 12A li int tkun imlejt. Jekk min iħaddmek ma jkollux il-formola 12A, inti tista' takkwista waħda minn kull uffiċċju tat-taxxa jew billi ċċempel fuq 1890 306 706. Idealment, int għandek tagħmel dan kollu malli taċċetta l-offerta ta' xogħol - anki jekk ikun biss impjieg part-time jew xogħol ta' matul vaganza. Dan jagħti lil min iħaddmek u lill-uffiċċju tat-taxxa żmien biżżejjed sabiex jirranġaw l-affarijiet qabel l-ewwel jum tal-ħlas tiegħek.

X'jiġri mbagħad?

L-uffiċċju tat-taxxa jibgħat lilek u lil min iħaddmek Ċertifikat ta' Krediti ta' Taxxa
u r-Rata Standard tal-Punt ta' Qtugħ, li tistabbilixxi fid-dettal l-ammont ta'  
krediti *1 ta' taxxa li int intitolat għalihom.

Meta tibda tħallas it-taxxa fuq id-dħul?

Normalment inti tibda tħallas it-taxxa mill-ewwel jum tal-ħlas tiegħek. L-ammont ta' taxxa li inti tħallas jiddependi fuq il-livell ta' ħlas u l-ammont ta' krediti ta' taxxa tiegħek.

Ġabra fil-qosor tar-Rati ta' Taxxi (għal persuna waħedha)

  • 20% fuq l-ewwel €34,000.00 tal-qligħ *2
  • 41% fuq il-qligħ kollu aktar minn €34,000.00 *2

 

Jekk jogħġbok innota:

Iċ-ċifri mogħtija hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Madankollu, dawn huma suġġetti għal tibdil. Għal kjarifiki u informazzjoni ulterjuri kkuntattja lid-Dipartiment tat-Taxxi fuq 01 865 5000 jew illoggja fuq www.revenue.ie  

*1 dawn huma konċessjonijiet personali mit-taxxa mogħtija lill-individwi b'sistema ta' Krediti ta' Taxxa.

*2 Ċifri kif kienu fl-1 ta’ Ġunju 2007

 

FÁS - Training and Employment Authority
27-33 Upper Baggot Street,
Dublin
4, Ireland.

Telefon +353 (0)1 607 0500
Fax +353 (0)1 607 0600.

Għal aktar tagħrif mur fuq www.fas.ie  jew ibgħat email info@fas.ie

L-attivitajiet ta' l-FáS huma mħallsa mill-Gvern Irlandiż, il-Fond Nazzjonali tat-Taħriġ u l-Unjoni Ewropea

F?S LogoNational Development Plan LogoEuropean Union LogoEURES LogoEuropean